Battibekki bejn Rosianne u David

Imeru lil xulxin fuq is-salarji u fl-istess ħin kulħadd iżomm is-somma mistura

David Thake l-opinjonista u preżentatur ta' Radio 101 magħruf għal mod kontroversjali kif jattakka Laburisti li jkunu gawdew minn xi promozzjoni jew xi xogħol mal-gvern, jidher li twaqqaflu l-programm popolari mas-semmiegħa tar-Radio tal-PN, b'ħafna Laburisti ma jaqblux miegħu iżda li jsegwuh bla ma forsi jammettu.

Ħafna minn dawk li ġew attakkati waqt il-programm tiegħu issa jidhru li qed jinkuh li neħħewh. Iżda l-akbar battibekk jidher li hu bejn is-sindku ta' Ħal Qormi, Rosianne Cutajar u l-istess David Thake, fejn dan tal-aħħar kiteb li din għandha salarju ta' 50,000 ewro fis-sena u Rosianne li ma tanx iżomm kelma fl-istonku weġbitu li hu giddieb u li taf kemm kien jitħallas mir-Radio 101, għalkemm qatt ma qalet is-somma eżatta. U kif wieħed jista' jara fil-battibekki, it-tnejn baqgħu jwaddbu l-botti dwar salarji lejn xulxin iżda ħadd minnhom ma pponta subgħajh fuqu nnifsu u stqarr kemm eżatt jaqla'. Insomma it-tnejn li huma ħallew bil-għatx lil dawk is-sindikajra li xtaqu jkunu jafu kemm jaqilgħu eżatt David Thake u Rosianne Cutajar.

More in Politika