Joseph Gerada huwa ċ-Chairperson il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.
fil-preżent huwa ċ-Chairperson tal- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
More in Politika
fil-preżent huwa ċ-Chairperson tal- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
Is-Sur Ġerada okkupa numru ta’ karigi għolja ta’ tmexxija u fil-preżent huwa ċ-Chairperson tal- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Għal dawn l-aħħar tmien snin, is-Sur Gerada rrappreżenta l-gvern fuq il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali fil-Kunsill tal-Ewropa fejn kien ukoll President ta’ dan il-Kumitat pan-Ewropew. Fil-preżent is-Sur Gerada huwa r-rappreżentant Malti fuq il-Pjattaforma Soċjali Ewropea ta’ Koeżjoni tal-Kunsill tal-Ewropa.
Is-Sur Gerada intgħażel fil-kuntest li l-gvern qed jaħdem fuq il-linji tal-kampanja HeForShe tan- Nazzjonijiet Magħquda li l-għan tagħha huwa li jkun hemm is-sehem tal-irġiel u tas-subien bħala l- aġenti tal-bidla kontra l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, fosthom dawk ġejjin mill- vjolenza fuq in-nisa. L-inugwaljanza taffettwa lis-soċjetà kollha - soċjalment, ekonomikament u politakament – u allura l-irġiel għandhom ikunu huma wkoll parteċipanti attivi fix-xogħol tagħna għal soċjetà aktar ġusta.
Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qiegħed jirriformula l-Att dwar il-Vjolenza Domestika biex dan isir Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika.
Kumitat Interministerjali bis-sehem tal-Ministeru tas-Saħħa, dak tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u mill-Ministeru tal-Intern, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali mexxa diversi diskussjonijiet flimkien mal-Avukat Ġenerali dwar dan l-Att il-ġdid qabel jitressaq fil-Parlament.
L-Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika se jkun wieħed b’saħħtu li jindirizza l-prinċipji tal-liġi kontra dawn il-forom ta’ vjolenza kif ukoll se jagħti saħħa lill- Konvenzoni ta’ Istanbul fil-liġi Maltija.
F’dan ir-rigward, il-liġi tipprovdi għat-tisħiħ tal-Kummissjoni. L-iskop tal-Kummissjoni se jkun qed jitwessa’ biex għall-ewwel darba jinkludi wkoll kull vjolenza abbażi tal-ġeneru u mhux vjolenza domestika biss. Dan kollu skont kif definit fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul.