Il-Prim Ministru ta’ Franza, Manuel Valls stqarr li s-sistema tal-ġustizzja fi Franza falliet, fid-dawl tal-qtil ta’ qassis ġewwa knisja fin-Normandija nhar it-Tlieta li għadda, li seħħ biss ftit żmien wara l-massakru f’Nizza li ħalla 84 persuna mejta.
Waqt intervista li saritlu minn ġurnal Franċiż, Valls kellu kliem ta’ kritika ħarxa dwar il-fatt li wieħed mill-agressuri kien mgħoti l-libertà sakemm jasal iż-żmien ta’ smigħ fil-Qorti dwar kawża li kellhu b’konnesjoni ma attakki terroristiċi.
Infatti, Adel Kermiche, wieħed mill-agressuri tal-knisja ta’ Saint-Etienne-du-Rouvray kien magħruf mal-awtorijatijiet minħabba li s-sena l-oħra kien inqabad jipprova jsiefer is-Sirja biex jingħaqad mal-ISIS. Huwa tħalla jgħix liberu fi Franza, b’lokalizzatur elettroniku fuqhu sas-smigħ tal-ġuri knotrih.
Fl-intervista fuq ‘Le Monde’, Valls iddeskriva da nil-fatt bħala “falliment kbir” li għandu jiġi ndirizzat.