Żewġ persuni mietu u tlieta oħra ndarbu hekk kif sptar tal-maternità fis-Sirja, li għandu s-support ta' 'Save the Children', intlaqat waqt attakk mill-ajru.
L-osservatorju għad-drittijiet umani tas-Sirja (SOHR) stqarru li l-attakki mill-ajru laqtu l-isptar flimkien ma' xi bini ieħor fil-viċin. L-isptar jinsab f'żona miżmuma mir-ribelli fil-proniċja ta' Idlib u kien l-unika faċilità tal-maternità f'raġġ ta' 70 mil. L-isptar kien jieħu ħsieb il-kura ta' madwar 1.300 mara, tifel u tifla, b'numru ta' 340 tarbija mweldha fih f'dan l-aħħar xahar biss.
Jinhad li l-vittmi kienu kollha qraba tal-pazjenti li kienu jinsabu l-isptar jagħmlu l-visti fil-mument tal-attakk mill-ajru.
Għadu mhux ċar min wettaq dan l-attakk