21 ġimgħa bla ebda mediċina out of stock

Matul l-2015, kien hemm 26 ġimgħa fejn ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew irreġistrati 21 ġimgħa fejn ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock.     

B’dawn ir-riżultati pożittivi, l-2016 mistennija tkun sena rekord għall-inqas ammont ta’ mediċini out of stock irreġistrati s’issa.

Matul l-2015 kienu reġistrati 26 ġimgħa li fihom ma kien hemm lanqas mediċina waħda out of stock.

F’kummenti li ta dwar dawn ir-riżultati, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għandna prova wara oħra ta’ kemm il-ħidma tal-Gvern qed tagħti l-frott mixtieq anke fil-qasam tas-saħħa.

“Il-mediċina out of stock kienet pjaga li ħafna nies batew minħabba fiha għal ħafna żmien.Gvern Laburista kien kommess li l-out of stock jeliminaha. U hekk għamel grazzi għall-ħidma sfieqa minn diversi persuni fosthom il-ħaddiema tal-POYC u CPSU, kif ukoll il-ħafna spiżjara fil-komunità’’, qal Fearne.

More in Politika