Jibda triqtu lejn Malta minn Singapore il-bastiment tal-gass għall-power station

Il-Prim Ministru Joseph Muscat f'Singapore biex ivara l-bastiment

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, kien preżenti għaċ-ċerimonja f'Singapore fejn fiha ġie varat il-bastiment rinovat li għandu jasal Malta f'Settembru li ġej. Il-bastiment 'Armada LNG Mediterrana' se jkun qed iservi ta' maħżen f'wiċċ l-ilma li se jkun qed jaħżen il-provvista ta' gass sabiex taħdem il-power station il-ġdida.

Dan il-bastiment kien ilu 17-il xahar isir ix-xogħol fuqu sabiex jiġi konvertit biex iġorr il-gass. Meta jasal Malta, dan il-bastiment se jkun qed iservi ta' maħżen temporanju tal-gass.

F'ċerimonja simbolika f'Singapore, fejn flimkien ma' Joseph Muscat, kien hemm il-Ministru Konrad Mizzi, Muscat qal li din mhix sempliċiment ċerimonja ta' infrastruttura ta' bastiment, iżda ċelebrazzjoni ta' pajjiż li qed jingħaqad ma' pajjiżi Ewropej oħra f'dan is-settur.

Muscat sostna wkoll li l-qasam tal-enerġija f'pajjiżna kien qed jitkarrab għal riforma maġġuri fl-2013.

More in Politika