Elikotteru Russu mwaqqa’ fis-Sirja

Erbgħa minn nies irrappurtati mejta wara li ribelli Sirjani sparaw fuq, u waqqgħu elikotteru Russu

Il-fdalijiet jaqbdu tal-elikotteru Russu mwaqqa' fis-Sirja
Il-fdalijiet jaqbdu tal-elikotteru Russu mwaqqa' fis-Sirja

Fil-provinċja ta’ Idlib, fis-Sirja, dalgħodu twaqqa’ elikotteru Russu wara li grupp ta’ ribelli sparaw fuqhu u niżżluh.

L-elikotteru tat-trasport tat-tip Mi-8 kellhu ħamsa minn nies fuqhu. Rapporti mhux ikkomfermati jsostnu li tal-inqas erbgħa minn dawn mietu fil-waqgħa.

l-elikotteru, mhux tat-tip militari, kien fi triqtu lura minn wara vjaġġ fejn mar iqassam għajnuna umanitarja fil-belt ta’ Aleppo

Aġenzija tal-aħbarijiet Russa saħqet li għadu mhux ċar liema grupp ta’ ribelli huwa responsabbli għal dan l-attakk, allavolja f’idlib hemm allejanza ta’ gruppi ribelli li fosthom hemm ukoll fazzjonijiet ta’ jihadisti estremisti.

Dan mhux l-ewwel incident li jinvolvi elikotteri Russi nvoluti fl-għajnuna umanitarja, mwaqqgħa minn forzi ribelli. Ritratti fuq siti soċjali wrew nies armati mdawrin ma’ fdalijiet jaqbdu ta’ dak li jista’ jkun l-elikotteru mwaqqa’ u numru ta’ katavri mal-art.

Filmat wera wkoll ġisem jiġi mkaxkar il-bogħod mis-sit fejn waqa’ l-elikotteru.

More in Politika