“L-Ewropa ma tistax tħalli lilha nnifisha tiġi rikattata mit-Tuirkija waqt it-taħdidiet dwar l-ivjaġġar mingħajr visa għaċ-ċittadini Torok ġewwa l-Ewropa.” qal il-Viċi Kanċillier tal-Ġermanja, Sigmar Gabriel.
L-aċċess mingħajr bżonn ta’ visa għal ċittadini Torok kien qed jiġi kkunsidrat bħala premju li l-UE tat li-Turkija fir-rwol tagħha biex tnaqqas l-influss ta’ immigrant fl-Ewropa. Għalissa, din id-deċiżjoni qed tiġi mdewma minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet fit-Turkija wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat li seħħ aktar kmieni din is-sena.
“Id-deċiżjoni jekk ikollhiex vjaġġar mingħajr bżonn ta’ visa, hija f’idejn it-Turkija stess,” qal Gabriel, hekk kif saħaq li bħalissa t-Turkija żieded b’mod drastiku id-distanza bejnha u bejn l-UE hekk kif qegħda terġa’ tikkonsidra l-introduzzjoni tal-piena tal-mewt, li skont Gabriel, tmur kontra d-drittijiet fundamentali li temmen fihom l-UE.
Gabriel qal li l-pożizzjoni tal-UE kontra l-piena tal-mewt huja “parti vitali” tal-UE, u trid tiġi aċċettata u mplimentata mit-Turkija jekk din trid issir membru tal-Unjoni.
“Huwa f’idejn it-Turkija li timplementa dawn l-istandards u mhux tagħmilhom agħar.” Qal Gabriel.
Il-Ministru tal-affarijiet Barranin Tork, Mevlut Cavusoglu, stqarr li lest jirrevoka il-qbil li għamelt it-Turkija biex ittaffi l-influss ta’ immigrant lejn L-Ewropa, jekk l-Unjoni ma tagħtix li-Turkija access mingħajr visas liċ-ċittadini tagħha.
Gabriel irrisponda għal dan billi qali li “huwa f’idejn it-Turkija jekk ma jkunx hemm liberiżżazjoni tal-visti… il-Ġermanja u l-Ewropa ma jistgħux, taħt ebda ċirkostanza jkunu rikattati mit-Turkija.”