Jidher li Malta reġgħet qed issir attraenti sew għall-Ispanjoli hekk kif ċifri maħruġin mill-Malta International Airport (MIA) juru kif is-suq Spanjol reġa qed jistabilixxi ruħu bħala wieħed mill-ikbar swieq f'Malta. Skont ċifri għax-xhar ta' Lulju, is-suq Spanjol kien il-ħames l-akbar suq wara r-Renju Unit, Ġermanja, l-Italja u Franza. Ir-Renju Unit waħdu ammonta għal kważi 21% tal-passiġġieri li wżaw l-ajruport Malti. Iż-żieda fit- turisti Spanjoli, fil-fatt timmarka l-akbar żieda fis-swieq kollha ġejjin lejn pajjiżna.
Din mhux l-ewwel darba li s-suq Spanjol ra' żieda qawwija f'pajjiżna, fil-fatt sa ftit snin ilu Malta, speċjalment l-inħawi ta' San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema kienu mimlijin studenti li kienu ngħataw għotja ta' flus mill-Gvern ta' Zapatero biex ikunu jistgħu imorru jistudjaw l-Ingliż, f'numru ta' pajjiż,i fosthom Malta. Dawn l-iskemi kienu ġew mnaqqsin wara li filmati ta' studenti Spanjoli f'Malta f'Paceville kienu ntwerew fuq it-TV Spanjol. F'dan iż-żmien l-idustrija tat-Tagħlim tal-Ingliż (TEFL) kienet qed tesperjenza tkabbir qawwi ħafna.
Intant f'Lulju l-istess Ajruport ta' Malta laqa' fih 580,000 passiġġier fih, żieda ta' 5.9% mis-sena ta' qabel.