Ilejla l-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services approva l-ħatra tal-preżentatur John Bundy bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tiegħu. Dan wara li xi mezzi tax-xandir irrpurtaw li dwar din il-ħatra ma kien għad hemm xejn ċert. Bundy se jieħu post Anton Attard fit-tmum tal-istess stazzjon li fi kliem iċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta' "kontribut importanti biex l-istazzjon pubbliku kompla minn sena għal oġra jżid fil-popolarità tiegħu."
Bundy kellu karriera twila fl-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, speċjalment fir-radu u jibqa' magħeuf l-aktar għall-maratona ta' bosta siegħat li kien għamel ixandar bħala attività ta' ġbir ta' fondi għall-istess PN. Apparti minn dan Bundy kien wiċċ popolari ferm mal-eluf li kienu jattendu l-mass meetings tal-PN fl-1996 u anke l-1998. Ir-relazzjoni bejn Bundy, kunjom sinonimu mal-PN u l-partit qrasu sew fl-aħħar leġiżlatura. Bundy ma' baqax ixandar fuq l-istazzjonijiet tal-PN u wara xi snin beda l-ewwel programm tiegħu fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista.
Għalkemm mhux l-apparenzi tiegħu f'attivitajiet tal-PL kienu limitati ħafna, kienu pjuttost sinifikattivi minħabba r-rabta li kellu mal-PN. L-aħħar intervista li għamel Bundy kien proprju fuq il-gazzetta ILLUM, fejn hu għamilha ċara li mhu se jħabbat fuq il-bbien ta' ħadd u se jħalli lin-nies jiddeċiedu jekk il-kapaċitajiet tegħu għandhomx jintużaw. Hu kien żvela wkoll li fl-ewwel kuntatt tiegħu mal-Mexxej Laburista Joseph Muscat kien meta dan kien wiegħdu li "wara l-maltemp jipi l-bnazzi."
Bindy kien ukoll rebaħ l-Għanja tal-Poplu, festival ta' kanzunetta Maltija, bid-diska 'Pajjiż tal-Mickey Mouse'.