€7.5 miljun investiment f’Jott Marina f’Sa Maison

Tħabbar investiment ta’ €7.5 miljun għal proġett ta’ żvilupp ta’ jott marina għal 274 jott, f’Sa Maison

Ix-xogħol fuq il-marina l-ġdida se jibda mill-llum, bil-pjan li sa nofs l-2017 jidħlu l-ewwel jottijiet
Ix-xogħol fuq il-marina l-ġdida se jibda mill-llum, bil-pjan li sa nofs l-2017 jidħlu l-ewwel jottijiet

Tħabbar investiment ta’ €7.5 miljun mis-settur privat għal proġett ta’ żvilupp ta’ jott marina għal 274 jott, f’Sa Maison. Il-proġett qed isir minn “Marina di Valletta”, konsorzju bejn kumpaniji privati Maltin u l-kumpanija Taljani, ‘Azimut Benetti’.

Il-proġett tħabbar ilbieraħ filgħaxija waqt konferenza stampa indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn fl-istess okkażjoni, sar l-iffirmar tal-ftehim bejn ‘Marina di Valletta’ u Trasport Malta.

Il-Prim Ministru stqarr li ‘dan il-proġett se jattira l-aqwa nies f’dan is-settur.”

Il-Ministru tat-Transport u Infrastruttura, Joe Mizzi żied jgħid li “huwa konxju tal-poternzjal naturali ta’ Malta biex issir ċentru Marittimu ta’ eċċellenza.”

B’din il-marina l-ġdida, li se tkun qegħda tikkumplimenta d-dehra tal-fortifikazzjonijiet tal-Belta, iż-żona ta’ Sa Maison se tinbidel minn waħda traskurata għall-destinazzjoni magħrufa għall-jottijiet, b’vantaġġ kbir għat-tisbieħ tal-industrija tat-turiżmu f’Malta

Ix-xogħol fuq il-marina minstenni jibda mill-llum stess, bi pjanijniet biex l-ewwel jottijiet jidħlu fil-marina di Valletta għal nofs is-sena d-dieħla.

More in Politika