[Filmat] 'Nemmen li bil-liġi l-ġdida tal-Lands se jitnaqqsu l-abbużi'

L-eks Ministru Nazzjonalista joħroġ għonqu għar-riforma mħabbra mill-Gvern fid-dipartiment tal-Lands

L-eks Ministru tal-PN Michael Falzon
L-eks Ministru tal-PN Michael Falzon

L-eks Ministru u opinjonista Michael Falzon huwa wieħed mill-uċuħ li qed jidhru fi spot pubbliċitarju tal-Gvern dwar il-bidlliet li għadha kemm ħabbret is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri fid-Dipartiment tal-Artijiet. F'messaġġ qasir fl-istess spot Falzon jgħid li hu jinsab konvint li l-liġi mħabbra se tgħin biex "tigi utilizzata aħjar l-proprjetà tal-Gvern kif ukoll biex jiġu indirizzati l-abbużi f'dan is-settur."

Il-Gvern ħabbar u sussegwentement nieda din ir-riforma wara illi l-istess dipartiment kien maqbud fi skandlu li ħalla lill-Gvern tal-ġurnata mbarazzat. L-iskandlu kien jinvolvi l-esproprijazzjoni ta' proprjetà fi Triq Zekka mingħand Gaffarena, ftit biss wara li dan kien xtraha. Il-każ wassal għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, fuq l-akkuża ewlenija li kien hu li ta' l-approvazzjoni tiegħu għal din l-esproprijazzjoni li rat lil Gaffarena jmur b'madwar €1.6 miljun minn fuq. 

More in Politika