[Aġġornata] L-Alternattiva ssejjaħ għal bojkott kontra Tumas u Gasan

.....Carmel Cacopardo jgħid iżda li bojkott għandu jkun direttament marbut mat-torrijiet f'Tas Sliema u l-Imrieħel ... il-Kunsill Slimiż magħqud wara sejħa għall-appell 

Alternattiva Demokratika issejjaħ lill-għaqdiet ambjentali u lill-ambjentalisti Maltin biex jingħaqdu flimkien halli jkun organizzat bojkott tal-proċess tal-finanzjament tat-torrijiet fl-Imriehel u f'Tas-Sliema, approvati mill-Awtorita tal-Ippjanar riċentament meta joħorġu l-bonds għall-pubbliku biex jiġu iffinanzjati dawn il-proġetti.

Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika huwa u jikkummenta dwar il-proposta li saret fil-media dalgħodu biex ikun organizzat bojkott tal-prodotti u servizzi li joffru d-ditti ta’ Gasan u Tumas.

Cacopardo żied jgħid li s-soċjeta ċivili għandha tagħti messaġġ ċar li min hu lest li jiffinanzja dawn il-progetti ma jixraqlux l-appoġġ tal-popolazzjoni Maltija.  Huwa iktar effettiv, ikkonkluda li l-bojkott ikun direttament marbut u ffukat fuq il-finanzjament tat-torrijiet infushom.

Intant ftit mumenti ilu l-Kunsill Lokali ta' Tas Sliema għadu kemm qabel unanimament li jappella mid-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tat il-permess lill-proġett ta' TownSquare f'Tas Sliema. 

 

 

More in Politika