L-FKNK tikkundanna petizzjoni kontra l-logħob tan-nar

Dan għaliex il-federazzjoni tibża' li petizzjoni kontra l-logħob tan-nar storbjuz tista' twassal għal referendum kontra din it-tradizzjoni

L-FKNK toffri l-appoġġ tagħha lid-dilettanti tal-logħob tan-nar - Ritratt ta' Debbie Xuereb
L-FKNK toffri l-appoġġ tagħha lid-dilettanti tal-logħob tan-nar - Ritratt ta' Debbie Xuereb

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qegħdin jappellaw sabiex il-liġi dwar ir-referenda, li tippermetti li numru ta’ ċittadini jitolbu biex isir referendum, tiġi amendata sabiex skont huma, “ħadd ma jgħaddi mill-istess martirju li għaddew minnhu huma waqt ir-referendum dwar il-kaċċa.” li seħħ fl-2015 u li ntrebaħ minn dawk fgavorevoli għall-kaċċa fir-rebbiegħa.

Din it-talba mill-FKNK saret fid-dawl ta’ petizzjoni online li dehret f’dawn l-aħħar ġimgħat, li l-federazzjoni ddeskriviet bħala attakk fuq minoranza oħra u attentat biex tiġi abbolita it-tradizzjoni tal-logħob tan-nar. il-FKNK qegħda toffri l-appoġġ tagħha lid-dilettanti kollha tal-logħob tan-nar sabiex huma ma jgħaddux minn dak li għaddiet il-federazzjoni waqt ir-referendum kontra l-kaċċa.

Il-petizzjoni iżda, li għaliha digà nġabru madwar 3,137 firma, mhix kontra l-logħob tan-nar kollhu, iżda sabiex jitwaqqfu l-murtali storbjużi (bombi) biss.

Iżda l-FKNK baqgħu isostnu li jekk ma tiġix irregolata l-liġi dwar ir-referenda, il-passatempi ta’ minoranzi, bħall kaċċa, logħob tan-nar, tlielaq taż-żwiemel u karozzi kollha jistgħu ikunu fil-periklu minħabba referendum mitlub minn ftit individwi biss.

Dan minkejja li grupp ta’ esperti, saħqu mall-federazzjoni li petizjoni online, ma tistaqx twassal għal-talba ta’ referendum li bih jista’ jitwaqqaf passatemp jew tradizzjoni. Referendum ta’ dak it-tip ikun imsejjaħ biss mill-Parlament. 

More in Politika