Wara li Ivan Bartolo, membru tal-kumissjoni ekonomika ddikjara ftit tal-jiem ilu li "qata’ qalbu mill-politiċi u l-politika", illum kien imiss lin-negozjant Ray Bugeja jikkumment dwar it-tmexxija, permezz ta’ kumment fuq twitter li jista' jkun qiegħed jirreferi għal tħassib tiegħu dwar it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista ta' Simon Busuttil... jew inkella dwar dik tal-pajjiż in ġenerali.
Fuq Twitter Bugeja kiteb, “l-akbar prova ta’ tmexxija vera, hija li tirriżenja meta jkun fl-aħjar interess ta’ dawk li tmexxi ta' dawk li qed tmexxi għalihom.”
Dan il-kumment intqal fi żmien fejn it-tmexxija ta’ Busuttil qed taffaċċja kritika u pressjoni, bi kliem iebes mogħti pubblikament minn diversi ġurnalisti u anke membri ta’ kummissjonijiet maħtura minn Simon Busuttil stess.