Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-Bank Malti tal-Iżvilupp

...wara xhur ta' negozjati bejn il-Kummissjoni u d-Deputat Prim Ministru Malti

Luois Grech
Luois Grech

Il-Kummisjoni Ewropea għadha kemm approvat it-twaqqif tal-Bank Malti tal-Iżvilupp, aprovazzjoni li skont id-Deputat Prim Ministru Louis Grech se tfisser "pass fundamentali li se jestendi l-istruttura finanzjarja ta' pajjiżna. Il-pajjiż issa se jkollu istituzzjoni finanzjarja li tispeċjalizza fl-iżvilupp u li ma tkunx gwidata biss fuq il-peofitti u l-ishma." 

Grech spjega kif l-għan prinċipali tal-Bank se jkun dak li jippromovi l-iżvilupp soo-ekonomiku permezz ta' skemi li jiffinanzjaw setturi differenti, l-aktar negozji żgħar u medji u proġetti infrastrutturali. Il-Gvern qed jistenna li l-bank ikollu rwol prominenti fl-istimulazzjoni tat-tkabbir u l-investiment, billi l-aċċess għall-iffinanzjar ta' negozji jkun iktar faċli." 

L-approvazzjoni ta' dan il-bank tiġi wara xhur ta' negozjati bejn il-Kummissjoni u d-Deputat Prim Ministru Louis Grech. 

 

 

 

 

More in Politika