Il-PN jgħid li l-pulizija taparsi investigat
Il-PL iwieġeb li Beppe qed jilgħaba ta' prosekutur, ġurat u mħallef
More in Politika
Il-PL iwieġeb li Beppe qed jilgħaba ta' prosekutur, ġurat u mħallef
a"L-iskandlu tal-visas mediċi huwa skandlu ieħor ħiereġ minn Kastilja minn nies ta' fiduċja tal-Prim Ministru. Il-Partit Nazzjonalista mhux se jħalli ħniżrijiet bħal dawn jibqgħu għaddejjin qisu xejn mhux xejn. Ma nistgħux nibqgħu mmexxijin b'dan il-mod fejn Kastilja saret bejta ta’ korruzzjoni." Dan qalu l-Viċi Kap tal-Ħidma fil-Partit u Shadow Minister tal-Intern Beppe Fenech Adami waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata wkoll mix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg.
"Wara l-konverżazzjonijiet żvelati minn The Malta Independent, Beppe Fenech Adami qal li issa huwa ċar li l-investigazzjoni li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qal li għamel dwar l-allegat korruzzjoni b’rabta mal-ħruġ ta’ visas mediċi lill-Libjani kienet biss intenzjonata biex jiġu protetti l-ogħla uffiċjali ta’ Kastilja. Għalhekk il-Kummissarju tal-Pulizija għandu b’mod immedjat jerġa’ jiftaħ l-investigazzjoni u jressaq lil dawk kollha nvoluti f’din il-korruzzjoni l-Qorti. Minn naħa tiegħu, l-Avukat Ġenerali għandu b’mod immedjat jassigura li l-whistleblower jingħata l-protezzjoni legali kollha biex dan jagħti d-dettalji kollha ta’ din il-korruzzjoni li tinvolvi l-eluf ta’ ewro u mhux jiġi persegwitat mill-Gvern għaliex kixef każ ta' korruzzjoni li tmiss lil Kastilja.
“It-taparsi investigazzjoni tal-Pulizija ma tagħti l-ebda assigurazzjoni li l-affarijiet saru sew. Għall-kuntrarju, tqajjem suspetti ċari li l-investigazzjoni ngħalqet qabel il-waqt għaliex il-persuna suspettata hija viċina ħafna tal-Prim Ministru. Dan huwa gravissimu f’soċjetà demokratika u l-Oppożizzjoni mhix se tippermetti li l-Kummissarju tal-Pulizija jwaqqa l-Korp f'dan il-livell,” qal ix-Shadow Minister tal-Intern.
Sadattant Il-partit laburista ħareġ stqarrija bie xjirribatti lil Partit Nazzjonalista fejn qal li Beppe Fenech Adami lagħbha tal-judge and jury fuq każ dwar viżas mediċi. Din tikxef l-viżjoni ta’ partit politiku li jindaħal saħansitra fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
F’konferenza stampa l-Partit ta’ Busuttil u Fenech Adami qalu li jemmnu lil persuna li qed tagħmel allegazzjonijiet iżda mhux l-investigazzjoni tal-Pulizija. Fil-proċess attakka tliet istituzzjonijiet li jgawdu r-rispett tal-poplu f’pajjiżna. "Beppe Fenech Adami, bħal Simon Busuttil, irid li f’każ fejn jidhirlu li jista’ jipprova jieħu xi forma ta’ vantaġġ, jagħmilha ta’ prosekutur, imħallef u ġurat fl-istess ħin, u meta l-eżitu tal-investigazzjoni jew ir-risposta ma tkunx dak li hu jkun qed jistenna u jrid, joħroġ jattakka lil kollox u lil kulħadd."