L-istorja ta' quddiem ta; The Malta Independent on Sunday li tallega li l-Prim Ministru kien jaf bl-alegazzjonijiet dwar allegat frodi ta' viżas Libjani hi gidba sfaċċata li tipprova titfa f'binarju ieħor lill-qarrejja tagħha, qalet stqarrija mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.
F'dan il-każ u kulmeta l-Prim Ministru irċieva xi allegazzjonijiet dejjem ħa azzjoni immedjata billi għadda kull informazzjoni lill-awtoritajiet relevanti tkompli l-istqarrija.Il-ġurnalista qagħad fuq messaġġ personali ta' Ben Nasan biex jasal għal konklużjoni żbaljata li din il-persuna hi qrib il-Prim Ministru u li kien se jiltaqa mal-Prim Ministru fl-uffiċċju tiegħu. 'Din mhi xejn ħlief gidba sfaċċata mill-ġurnalist għax l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal fir-risposta tiegħu lil malta Independent on Sunday li 'Khaled Ben Nasan kien anke insista regolarment li jkollu aktar laqgħat privati mal-prim ministru iżda dawn ġew rifjutati wara li m'għaddiex minn 'clearances' neċessarji." ittemm l-istqarrija.