Il-Partit Laburista ħareġ stqarrija bi kliem iebes ħafna fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fejn filwaqt li għajru giddieb qed jgħid li Simon Busuttil hu 'a broken leader, playing a broken rekord'.
Il-Partit laburista qal li Simon Busuttil huwa giddieb meta għal darba oħra, dalgħodu għażel li jistrieħ fuq gidba ddisprata, invenzjoni, li ġiet miċħuda bil-provi għax m’għandux argumenti x’jagħmel. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jesaġera b’dan il-mod biex ikompli jiddefendi lil Michael Fenech Adami ħu l-Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami. Simon Busuttil huwa politiku tal-passat parti mill-establishment.
L-istqarrija ttem li Il-Kap Nazzjonalista qed jippersisti li jkun il-prosekutur, l-imħallef u l-ġurija fl-istess ħin sforz id-disprament li għandu biex jipprova jsalva ġildu man-nies fil-Partit tiegħu li lanqas qed jemmnuh.