Fuq il-facebook tiegħu, l-eks segretarju Parlamentari Nazzjonalista u sindku Mosti, Edwin Vassallo tefa' 'post' li jgħid ftit u jfisser ħafna. Jidher li qed jipponta subgħajh lejn dawk li qed iħarsu lejhom infushom u mhux lejn il-partit sħiħ u dan juri li jista qed jinħass xi qasma fl-istess partit meta qed jgħid li fil-PN l-egoiħmu jista jkun il-kawża għaliex jekk kollox jibqa sejjer kif inhu l-PN jista jitlef l-Elelzzjoni Ġenerali li jmiss. Hu kompla jikteb li l-egoiżmu hi l-agħar forma ta' arroganza 'għax ħadd ma jimpurtah minn ħadd ħlief minnu nnifsu u l-interessi personali tiegħu." Hu temm billi kiteb li għal kull marda u kriżi hemm soluzzjoni. Wieħed mill-ħbieb tiegħu, Tonio Farrugia kitiblu li l-PN se jitlef l-elezzjoni għal diversi raġunijiet...'l-akbar waħda hi li tlifna d-direzzjoni u l-valuri morali tagħna'.