L-għaqdiet ambjentali jiftħu protest ġudizzjarju kontra Deborah Schembri

L-għaqdiet ambjentali jgħidu li l-amnestija fuq l-illegalitajiet mhix trasparenti u tirregolarizzahom bil-moħbi

L-għaqdiet ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth u r-Ramblers Association Malta fetħu protest ġudizzjarju kontra Deborah Schembri dwar l-amnestija ta' sentejn li ngħatat għal illegalitajiet fl-ippjanar.

Dawn l-għaqdiet qed isostnu li din l-amnestija, bil-kontra ta' oħrajn li ġew qabilha, tapplika wkoll għal abbuż li seta' kien hemm f'Żoni ta' Konservazzjoni Urbana (UCAs) u binjiet skedati.

Fi stqarrija, l-għaqdiet ambjentali, bħala dawk li għandhom l-irwol li jipproteġu l-ambjent mibni u naturali tal-pajjiż, urew it-tħassib tagħhom li din l-amnestija mhix limitata biss għal illegalitajiet minuri, imma jkopru wkoll illegalitajiet ikbar li jistgħu jeffetwaw lill-ġirien u l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Għaldaqstant, l-NGOs qed jopponu partikolarment għaliex "l-avviż legali jkun qed jirregolarizza dawn l-illegalitajiet bil-moħbi, taħt l-impressjoni li hemm it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku, li kienet l-għajta tal-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn l-aħħar 24 sena.

Dawn l-NGOs ikomplu jgħidu li mal-ewwel ġimġħa ta' din l-amnestija, kien hemm 43 talba li ġiet sottomessa, mingħajr mal-pubbliku kellu aċċess għal informazzjoni dwar dawn il-każi. "Aħna nżommu lis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri bħala responsabbli għal din il-vjolazzjoni tal-prinċipju tat-trasparenza, ġustizzja u good governance," sostnew l-għaqdiet waqt li appellaw lil Scchembri sabiex tieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

More in Politika