Khaled Ben Hasan 'kien inqeda bl-isem Al Harati'

...allegazzjonijiet fuq il-ġurnal l-orizzont li s-Sirjan li akkuża lil Neville Gafa' kien juża isem eks Sindku ta' Tripli biex jinfluwenza persuni Libjani u li kien jiġbor lill-istess eks Sindku mill-Ajruport ta' Malta b'BMW

Mahdi Al Harati. ben Hasan, allegatament, juża ismu biex jikseb influwenza
Mahdi Al Harati. ben Hasan, allegatament, juża ismu biex jikseb influwenza

Is-Sirjan Khaled Ben Nasan, li qed jagħmel diversi akkużi fil-konfront ta' Neville Gafa' kien qed jinqeda bl-isem tal-eks Sindku ta' Tripli Al Harati biex allegatament jinfluwenza persuni Libjani. Din l-allegazzjoni fuq il-ġurnal l-orizzont tiġi wara li l-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda żvelat l-ewwel informazzjoni dwar Ben Hasan. 

Huwa rraportat illi Ben Hasan deher għal diversi drabi fil-kumpanija ta' dak li kien is-Sindku, saħansitra anke f'Malta fejn kien jiġbor lil Al Harati b'karozza tat-tip BMW mill-ajruport. is-sorsi tal-orizzont saħqu illi Ben Nasan kien jitkellem apertament dwar kemm hu ħabib tal-istess Al Harati, għalkemm jidher li l-istess ben Hasan ma xtqax jirrispondi għal mistoqsijiet li bagħtet l-istess gazzetta fejn intalab jikkonferma bosta allegazzjonijiet u anke fatti li ħarġu dwaru f'dawn l-aħħar jiem. 

Intant Ivan Grech Mintoff, li huwa mifhum li ltaqa' ma' dan is-Sirjan u li qal li ra aktar provi dwar il-każ, qed jitlob lill-Pulizija biex tipproteġi lil Ben Hasan minn theddid li qed isir fuqu. Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu huwa saħansitra qal illi se jkun qiegħed jiddefendi lill-whistleblower sal-aħħar. Intant Grech Mintoff m'għaddiex l-informazzjoni u l-provi li qal illi kellu f'idejh lill-Pulizija minħabba li s-sit maltatoday.com.mt irraporta l-fatt li hu kien msejjaħ mill-Pulizija biex jiżvela aktar, minn dak li qal illi suppost jaf.   

Intant aqra hawn l-istorja fuq l-ILLUM li żvelat l-ewwel tagħrif dwar Ben Hasan.

More in Politika