L-ewwel Brexit issa 'Frexit' għax hekk wegħdet Marine Le Pen jekk tirbaħ l-elezzjoni għal president li tagħmel referendum fi Franza bie xjoħorġu mill-Ewropa. Le Pen qed taħdem bi sħiħ għar-rebħ tal-presdienza s-sena li ġejja u waqt li kienet qed tindirizza folla fit-tramuntana ta' Franza qalet, "Iva se nagħtikom referendum jekk tridux tibqgħu fl-Ewropa jew le. Iva hu possibbli li nibdlu l-affarijiet. Ħarsu lejn il-Brittaniċi, għażlu d-destin tagħhom, għażlu l-Indipendenza. Nistgħu nerġgħu nkunu liberi, kburin u poplu indipendenti."