L-ekonomija tal-pajjiż tkompli tikber ... kważi 5% żieda fil-GDP

Żidiet f'bosta oqsma ekonomiċi jwasslu għal tkabbir qawwi fl-ekonomija ta' pajjiżna...l-kostruzzjoni tesperjenza tnaqqis 

L-ekonomija ta' pajjiżna kompliet tirreġistra tkabbir sostanzjali hekk kif, skont ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), il-Prodott Gross Domestiku (GDP) kiber b'4.7% fit-tieni kwart tal-2016, meta ikkumparat mal-istess perjodu s-sena ta' qabel. Dan ifisser illi l-kejk ekonomiku tal-pajjiż kiber b'€102.7 miljun f'temp ta' sena. 

It-tkabbir huwa attribwit, ġeneralment għas-setturi u l-attivitajiet xjentifiċi u tekniċi u attivitajiet amministrattivi. Dawn is-setturi kibru b'€19.5 miljun jew 8.5%. Kien hemm tkabbir ukoll fl-amminitsrazzjoni pubblika u d-difiċja, edukazzjoni, saħħa u xogħol soċjali li kibru b'€19.5 miljun jew 5.3%. Kien hemm żieda fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni wkoll u minkejja l-perċezzjoni l-kuntrarju, kien reġistrat tnaqqis fil-kostruzzjoni. 

 

More in Politika