Il-Ministru Fearne mal-Arċisqof jiltaqgħu ma' Puttinu f'Sutton

....flimkien mal-Ambaxxatur Norman Hamilton iżuru l-pazjenti li qed jieħdu l-kura u li qed jingħataw l-għajununa minn Puttinu f'Sutton, l-Ingilterra

Il-Ministru Fearne żar il-pazjenti ta' Puttinu f'Sutton...Miegħu l-Arċisqof Charles J Scicluna u l-Ambaxxatur Norman Hamilton
Il-Ministru Fearne żar il-pazjenti ta' Puttinu f'Sutton...Miegħu l-Arċisqof Charles J Scicluna u l-Ambaxxatur Norman Hamilton

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ilbieraħ żar l-appartamenti ta’ Puttinu f’Sutton fejn kellu l-opportunità li jiltaqa ma’ numru ta’ familji li bħalissa jinsabu għall-kura l-Ingilterra. Il-Ministru tkellem ma’ wħud minn dawn il-familji dwar il-kura li qed jingħataw u kif ukoll l-għajnuna li dawn il-familji rċevew sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-kura barra minn Malta. Matul iż-żjara f’Sutton, il-Ministru Fearne kien akkumpanjat mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u mill-Kummissarju Għoli Malti s-Sur Norman Hamilton.

Aktar tard kemm il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u kif ukoll l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna żaru l-isptar Royal Marsden fejn uħud mill-pazjenti Maltin qed jingħataw il-kura.

More in Politika