'Skema li tixbaħ il-ħasil ta’ flus'

' Simon Busuttil għandu jippubblika b’mod immedjat l-ismijiet tan-nies li tawh il-flus għall-iskema ċedoli'

Il-Prim Ministru mill-ewwel wieġeb fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, Onbe Radio dak li Simon Busuttil qal lil ġurnalisti ta' The Sunday Times dwar is-suċċess taċ-ċedoli. "Il-kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil għandu jippubblika b’mod immedjat l-ismijiet tan-nies li tawh il-flus għall-iskema ċedoli"

Huwa saħaq dan wara li dalgħodu l-kap tal-Oppożizzjoni ftaħar li ġabar tliet miljun ewro mill-iskema Ċedoli li l-Prim Ministru argumenta li Simon Busuttil ivvinta biex jaħrab mil-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Joseph Muscat fisser kif Simon Busuttil m’għandux idur mal-lewża u żied jgħid li l-Partit Laburista qatt m’hu ħa jagħmel skema bħal tal-Partit Nazzjonalista b’xebħ kbir ma’ sistema ta’ ħasil ta’ flus. Muscat tefa dubju li Busuttil qabeż għal tal-fish farms għax dawn tawh il-flus fl-iskema taċ-ċedoli, "Allura bilfors jiġik id-dubju, li dawn in-nies imdaħħlin f’tal-fish farms tawh il-flus bil-famuża skema taċ-ċedoli.” temm Muscat 

More in Politika