Ftit ħin wara li n-nomina ta' Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri m'għaddietx mill-Parlament Ewropew, bil-Partit Popolari Ewropew u anke l-Partit tal-Ħodor jivvutaw kontra l-illum.com.mt għamlet kuntatt ma' Toni Abela, l-ewwel nominat għall-istess kariga fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-kandidatura ta' Abela lanqas għaddiet mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tal-UE, b'Abela jirtira n-nomina tiegħu ftit wara, anke jekk kandidati oħrajn, bħal dak tal-Polonja, baqgħu għaddjin sakemm eventwalment kienu nominati fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Dan is-sit staqsa lil Abela għall-ewwel reazzjoni tiegħu, kif ukoll jekk jarax li kien hemm xi similaritajiet bejn il-kandidatura tiegħu u dik ta' Leo Brincat.
Abela irrifjuta li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet u mal-illum.com.mt qal biss 'L-affarijiet jitkellmu waħedhom, Res Ipsa Loquitur"