Illum għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żagħżugħ ta’ 15-il-sena, residenti Raħal Ġdid stess kien safa’ milqut minn vettura tat-tip Peugeot 205.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Fgura minn raġel ta’ 30 sena li wkoll joqgħod Raħal Ġdid. Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.