'€44 biljun biex ngħinu l-Afrika u nbiegħdu l-immigrazzjoni'

Juncker iħabbar pjan ta' investiment fl-Afrika sabiex il-problema tal-immigrazzjoni tkun indirizzata

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ħabbar li se jitnieda pjan ta' investiment ta' €44 biljun sabiex jiġi mgħejun il-kontrinent Afrikan. B'dan il-mod, kompla jispjega Juncker, tkun qed tiġi indirizzata l-problema tal-immigrazzjoni fis-sors tagħha.

Waqt li kien qed jindirizza l-membri fis-sessjoni plenarja fil-Parlament Ewropew, Juncker qala ukoll li dan l-ammont jista' jitla' għal €88 biljun, jekk l-istati membri jikkoperaw ma' din l-inizjattiva. Juncker qal ukoll li permezz ta' dan il-programm, ikun qed isir xi ħaġa sabiex tittaffa l-problema tal-immigrazzjoni fl-Ewropa.

More in Politika