Is-settur marittimu kien, għadu u għandu jibqa’ importanti u parti essenzjali mill-ekonomija ta’ pajjiżna, u dan ma jgħoddx biss għar-reġistrazzjoni tal-vapuri, iżda anke għax-xogħol fiżiku u t-tiswija tal-vapuri u s-superyachts. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara li għamel fil-Palumbo Malta Shipyards Ltd.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista feraħ lis-Sur Palumbo li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ħoloq minnu opportunitajiet ekonomiċi, tant li fuq medda ta’ sitt snin, din il-kumpanija investiet f’pajjiżna is-somma ta’ €70 miljun. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wassal messaġ ċar: li qalbu tinsab mal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Iż-żjara tal-lum kienet l-ewwel żjara ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista f’din it-tarzna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-President tal-Kumitat Eżekuttiv Ann Fenech, ix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli, l-Kelliem tan-Negozji ż-Żgħar, l-Manifattura, l-Kummerċ, is-Self Employed u l-Koperattivi Robert Arrigo, u l-kandidati għall-elezzjoni ġenerali Elaine Camilleri Schembri u Lawrence Bonavia.