10% tal-Laburisti għadhom ma' jridux jafu bil-partit...

L-aħħar stħarriġ tal-maltatoday juri kif  hemm kważi 10% tal-Laburisti ma jivvutawx kieku jkolla ssir elezzjoni llum

10% tal-Laburisti m'għadhomx ixejru l-bandiera tal-Partit
10% tal-Laburisti m'għadhomx ixejru l-bandiera tal-Partit

Skont l-aħħar stħarriġ tal-maltatoday, kważi 10% tal-Laburisti jgħidu li ma jivvutawx kieku jkolla ssir elezzjoni llum. Dan jikkompara sew ma stħarriġ ieħor li sar mill-istess gazzetta u li wera kif 10% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2013 u li tradizzjonalment dejjem ivvotaw 'Labour' kienu risoluti li ma jivvotawx f'elezzjoni ġenerali.

Dan juri biċ-ċar illi l-Partit Laburista, f'dawn l-aħħar xhur ftit li xejn għamel avvanz elettorali fost settur minoritarju, iżda sostanzjali li tbiegħdu mill-partit.

Tul il-leġislatura Laburista, il-Gvern iffaċċja kritika ta’ nies li jgħidu li huma Laburisti “mweġġgħin” jew li magħhom saret inġustizzja. 

Infatti jidher li għad hawn numru sostanzjali, 10% tal-votanti Laburisti, li jħossu li anke bil-partit tagħhom fil-gvern, huma għadhom isofru minn inġustizzji li saru magħhom qabel l-2013 u li s'issa, anke bil-partit "tagħhom" fil-gvern, dawn l-inġustizzji għadhom ma ġewx indirizzati,

Agħar minn każijiet li għadhom ma ġewx indirizzati, din il-gazzetta fl-aħħar xhur irrapportat b'każijiet oħrajn li tagħhom kien hemm prova ċara ta' inġustizzja u diskriminazzjoni imma ma ngħatawx rimedju minħabba li l-każ tagħhom ġie preskritt mill-bordijiet tal-inġustizzji hekk kif uħud minn dawn il-każijiet seħħew aktar minn seba' snin ilu.

F'intervista ppublikata fil-gazzetta ILLUM f'Mejju li għadda, il-Ministru Chris Cardona, illum deputat mexxej tal-PL, kien wiegħed li se jkun qed jidħol fil-każi ta' inġustizzji fejn nies, l-aktar attivisti Laburisti, ma ngħatawx rimedju għax il-każ tagħhom ġie preskritt. Huwa kien sostna li

Chris Cardona intervistat minn l-ILLUM

“Nipprova nsib rimedju ġust li ma joħloqx aktar diskriminazzjoni. Wara kollox aħna, kif naraw u nassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni ma’ persuna Nazzjonalista minħabba t-twemmin politiku tagħha, rridu naraw ukoll li Laburist li nqabeż għas-sempliċiment raġuni li huwa laburist jingħata rimedju wkoll."

Fadal daqs sena w nofs oħra qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Tgħid l-inġustizzji li ġarrbu dawn il-Laburisti “mweġġgħin” jitranġaw, u forsi l-persentaġġ jonqos?

More in Politika