Kulħadd weħel fit-traffiku llum... anke l-Ministru tat-Trasport

Il-Ministru Joe Mizzi jasal tard għal konferenza tal-aħbarijiet, avolja uża dagħjsa...

Il-Ministru Joe Mizzi jasal tliett kwarti tard għal konferenza stampa
Il-Ministru Joe Mizzi jasal tliett kwarti tard għal konferenza stampa

L-iktar ħaġa li kienet fuq ħalq kulħadd illum, u ddominat il-maġġoranza tal-kummenti fuq is-siti soċjali, kienu l-kumment ta' frustrazzjoni mingħand dawk kollha li weħlu fit-traffiku għal siegħat twal u waslu tard għax-xogħol jew għall-iskola.

Għal dawk li forsi jikkonslaw bl-ironija tal-ħajja, tajjeb li jkunu jafu l-Ministru tat-Trasport, Joe Mizzi, dalgħodu wkoll wasal tliet kwarti tard għal konferenza tal-aħbarijiet li kellu f'Boilers Wharf, fejn ħalla numru ta' ġurnalisti jistennewħ. U dan minkejja li għall-aħħar parti tal-vjaġġ, huwa qasam il-port il-kbir fuq dagħjsa.

Wara l-konferenza stampa, il-Ministru, li forsi assuma li se jiġi mistoqsi ħafna mistoqsijiet relatati mat-traffiku, rikeb fil-karozza tiegħu mingħajr ma' ħalla ebda kumment lill-ġurnalisti preżenti.

More in Politika