Clifton Grima, Simon Saliba, Emanuel Micallef u Nikita Zammit Alamango tefgu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fid-disa’ distrett elettorali li tbattal mis-Sur Leo Brincat. Nominazzjonijiet jintlaqgħu l-aħħar sa nofsinhar tas-Sibt, 8 ta’ Ottubru.
Intant l-illum.com.mt diġa indikat illi skont il-voti miksuba fl-aħħar elezzjoni fuq dan id-distrett jidher illi Clifton Grima jinsab fil-vantaġġ biex jikseb is-siġġu Parlamentari. Aqra l-artiklu dwar Clifton Grima u kif huwa l-favorit f'din l-elezzjoni hawnhekk.