'Startjajna l-magna elettorali'
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jħabbar aktar bidliet bi tħejjija għall-kampanja elettorali
More in Politika
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jħabbar aktar bidliet bi tħejjija għall-kampanja elettorali
Waqt laqgħa mal-ħaddiema kollha tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpanija Media.link Communications dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar bidliet ġodda hekk kif kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-media tiegħu qed iħejju għall-kampanja elettorali li jmiss.
Wara li Caroline Muscat inħatret Campaign Manager aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista illum ħatar lil Brian St John bħala Chief, Corporate and Business Strategy. F'dan ir-rwol huwa se jkun responsabbli mill-finanzi u l-proprjetà kollha kemm tal-media kif ukoll tal-partit bi tħejjija għall-kampanja elettorali.
Minn-naħa l-oħra l-operat tal-istrutturi kemm tal-partit kif ukoll tal-media tal-Partit Nazzjonalista se jkunu f'idejn s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake li hija wkoll iċ-Chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Media.link Communications.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista qed jieħu l-elezzjoni ġenerali bis-serjetà, u kif tenna fid-diskors tiegħu fil-festi tal-Indipendenza, l-Partit Nazzjonalista startja l-magni elettorali tiegħu biex ikun jista' joffri lill-poplu Malti u Għawdxi Gvern nadif li jservi mhux lilu nnifsu imma lil kulħadd.