'Hemm kumpaniji li telqu minn Malta minħabba l-iskandlu ta' Panama'

Simon Busuttil jgħid li kien hemm diversi kumpaniji li kienu se jiftħu f'Malta, imma reġa' bdielhom minħabba l-iskandlu tal-Panama

Waqt id-diskors ta' reazzjoni għall-Baġit li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal kif il-Gvern qed jipprova jitfa' l-problema tal-Panama taħt it-tapit, "imma għalxejn għaliex barra minn Malta, jafu x'inhu jiġri."

Fil-fatt, Simon Busuttil qal li minn informazzjoni li għandu, kien hemm "diversi kumpaniji li jħallsu l-miljuni f'taxxi li telqu minn Malta minħabba l-iskandlu tal-Panama, u kien hemm oħrajn li kienu ġejjin Malta, u ma għamlux dan." 

Dan, żied jgħid Busuttil, qed jitfa' pressjoni żejda fuq is-setturi ekonomiċi. Minkejja dan, Busuttil ma semmiex liem kienu dawn il-kumpaniji.

More in Politika