'Id-dejn ma' Żaren Vassallo tħallas f'Awwissu li għadda'

Il-Partit Nazzjonalista jsostni li l-€250,000 li kien sellfilhom Żaren Vassallo tħallsu lura f'Awwissu li għadda, u li għandhom il-provi li juru dan

"Il-Partit Nazzjonalista ħallas id-dejn ta' €250,000 dovut lil Żaren Vassallo sitt xhur ilu"

Dan sostnieh il-Partit Nazzjonalista aktar kmienu llum b'reazzjoni għall-konferenza tal-Aħbarijiet li sejjaħ il-Ministru Owen Bonnici quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kmieni dalgħodu, fejn fiha Bonnici allega li l-PN ta informazzjoni konfliġġenti li l-ewwel tħallsu l-flus kollha li sselfu mingħand Żaren Vassallo, imbgħad li ħallsu €100,000 minnhom biss.

Il-PN ikkonferma l-ħlas tas-self permezz ta' dokument iffirmat mill-financial controller tal-partit, Malcolm Custo u  Żaren Vassallo li juri li l-aħħar paġament lill-Vassallo sar mill-PN fl-ewwel t'Awwissu. Dan għamluh permezz ta' ittra li ntweriet lill-ġurnalisti f'laqgħa msejjħa fid-Dar Ċentrali tal-PN. L-ittra, li magħha kien hemm ċekk ta' €165,000, kienet tgħid li "dan huwa l-aħħar pagament għas-self oriġinali ta' €250,000 mogħti lil Media.Link Communications Co. Ltd. fit-2 ta' Lulju 2012 minn Vassallo Builders Group."

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Rosette Thake, flimkien mal-President tal-Partit, Anne Fenech, żiedu jsostnui wkoll li "m'hemm assolutament ebda konnessjoni bejn is-self tal-flus u l-allegat ftehim li sar ma' Vassallo"

Huma qalu wkoll li l-Partit għad għandu xi dejn ma' Vassallo, iżda dan mhux relatat ma' self ta' flus, iżda għal servizzi li l-kumpanija ta' Vassallo għamlet lill-partit.

 

 

More in Politika