L-Illum għamlet kuntatt mal-blogger Glenn Bedingfield, dwar il-każ ta' Salvu Mallia u r-rapport li għamel l-għassa, li huwa qiegħed jallega li r-rapport tiegħu, u l-informazzjoni "ta' natura personali" dwaru u dwar il-battibekk bejnu u bejn Pulizija f'bank f'Buġibba, spiċċa f'idejn Beddingfield.
Waqt il-kuntatt li dan is-sit għamel ma' Bedigfield, huwa kkonferma li l-Pulizija ċemplulu fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta' Mallia. Bedingfield sostna li "jiena żammejt mal-informazzjoni li ngħatatli mis-sorsi tiegħi f'dak li ktibt."
F'artiklu ppublikat nhar il-Ħaddl li għadda fuq il-gazzetta ILLUM, ġie rrappurtat kif il-Pulizija se tħarrek lil Salvu Mallia wara l-battibekk li kellu barra fergħa ta' bank f'Buġibba għax ma tħalliex jidħol fil-bank bil-kelb.
Meta mwissi mill-Pulizija, Salvu Mallia qallu "Agħmel lil-q*ħba trid!"