Cardona, Bonnici u Zrinzo Azzopardi se jerġgħu jtellqu għall-voti

It-tliet kandidati għall-kariga ta' Deputat Mexxej se jerġgħu jtellqu għall-voti, din id-darba fil-5 Distrett fejn hemm 8,500 vot Laburist x'jintrebħu/jintilfu....

Il-Ħames Distrett huwa wieħed illi fih il-Partit Laburista qed jaħdem overtime hekk kif b'differenza minn ħafna mid-distretti l-oħrajn, hawnhekk hawn xejn inqas minn 8,500 vot li fl-2013 marru għand kandidati li issa, mhux se jerġgħu jikkontestaw jew inkella mhux se jikkontestaw mal-Partit Laburista. Jidher li l-Partit Laburista ma tantx se jittanta xortih, tant li f'dan id-distrett it-tliet kandidati għall-elezzjoni ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista lura f'Ġunju tas-sena l-oħra, se jerġgħu jkunu qed iħabbtuha kontra xulxin għall-voti. 

Il-Ministru Owen Bonnici illi sal-aħħar elezzjoni kien kandidat fuq it-tielet distrett, hekk kif għandu rabtiet mill-qrib mal-lokalità taż-Żejtun se jkun kandidat fuq il-ħames Distrett li s'issa jinkludi Burżebbuġa, Marsaxlokk, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq, ilkoll lokalitajiet bi predominanza Laburista. Chris Cardona, Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wkoll mistenni jkun fuq il-lista ta' kandidati, għall-ewwel darba fuq in-naħa t'isfel. L-akbar rabtiet ta' Cardona huma f'Birkirkara, raħal twelidu. Intant l-ILLUM tista' tiżvela illi għalkemm għadu mhux ikkonfermat uffiċjalment l-eks President tal-Partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi ukoll se jkun qed jikkontesta fuq il-Ħames Distrett. Zrinzo Azzopardi għandu rabtiet maż-Żurrieq.

Apparti dawn it-tlieta, fil-ġirja għat-8,500 vot hemm ukoll id-Deputat Luciano Busuttil, is-Sindku ta' Marsaskala Mario Calleja id-Deputati Joe Farrugia u Joe Sammut, li huma wċuh magħrufin mal-attivisti tal-Partit Laburista fuq dan id-distrett. Intant Glenn Bedingfield, li għandu l-uffiċċju tiegħu f'Birżebbuġa, se jkun qed joħroġ fuq dan id-distrett ukoll li l-Ħadd li għadda il-gazzetta ILLUM ipprevediet li se jkun wieħed mill-aktar 'interessanti' fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. 

Intant il-lista s'issa tinkludi wkoll lill-Ministru Edward Scicluna u lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, għalkemm l-ILLUM tinsab infurmata li Scicluna ma tantx huwa poplari u li probabilment se jagħżel li jkun fuq il-lista tas-seba' u t-tmien distretti. Galdes ukoll mistenni jneħħi ismu minn din il-lista partikolari. 

Il-kandidat li ħiereġ għall-ewwel darba u li huwa ferm popolari f'Birżebbuġa huwa Roderick Cachia.

Dan is-sit huwa infurmat illi minkejja li għadu kmieni għad m'hemmx preferut fuq dan id-distrett fejn il-Partit Laburista tilef lil Karmenu Vella, Marlene Farrugia u fejn George Vella mhux se jerġa jikkontesta.Fl-2013 Vella kien ġab 5,231-il vot, minn dan id-distrett u għalhekk wieħed mill-aktar politiċi favoriti f'distrett partikolari. Farrugia kienet ġabet 2,525-il vot filwaqt li Vella kien ġab 732 vot fuq dan id-distrett.

Farrugia mistennija tikkontesta fuq dan id-distrett f'isem il-Partit Demokratiku li mistenni jifforma koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. 

Intant nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat illi fuq dan id-distrett qed tidher dejjem aktar reali li fost il-Kandidati Laburisti jkun hemm isem Franco Debono

 

More in Politika