'Nirbħu kontra l-klikka giddieba, ħalliela u korrotta ta' Muscat'

Beppe Fenech Adami b'diskors imqanqal jgħid li l-pajjiż qed isejjaħlu u ma jridx jistrieħ

Fil-Marsa l-Viċi Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami għamel diskors imqanqal dwar il-każ li bħalissa għaddej minnu fejn ġie investigat dwar li la hemm ismu fil-kumpanija li qed tiġi investigata dwar ħasil tal-flus li ġejjin mid-droga. Beppe Fenech Adami qal li l-klikka ta' Joseph Muscat hi klikka giddieba, ħalliela u korrotta. "Klikka li flok flok jiċħad li qed imexxi gvern korrott qed tuża tattika li tgħid li humma korrotti iżda huma korrotti u maħmuġin wkoll. Tattika li mhu se twasslu imkien" qal Beppe Fenech Adami.

Fejn semma wkoll il-fatt tad-double standards li qed juża l-prim ministru fuq l-investigazzjonijiet, "Għalija qab bad 3 eks mħallfin jinvestigawni u biex isdallbuni. Wara erba' xhur u 12-il ġurnata li r-rapport inżamm għandu il-bużżieqa infaqgħet f'wiċċu. Ma sab xejn fil-konfront tiegħi. Imbagħad lil Keith Schembri u Konrad Mizzi jirrifjuta li l-kummissarju jinvestigahom. Tnejn min-nies korrotti, ħallelin u giddibin."

Il-viċi Kap Nazjonalista lejn tmiem id-diskors tiegħu mqanqal qal nli l-partit hu b'idejh miftuiħin beraħ biex jerġa jilqa lura lil dawk li dejjem baqa' jqishom nazzjonalisti u li marru ivvutaw lil labour fl-aħħar elezzjoni għax ġew imwegħdha l-ilma jiżfen u llum jiltaqa' magħhom u jgħidulu li Muscat daħak bihom. Semma l-fatt li hemm min jgħidlu biex jistrieħ u ma joqgħodx jitħabat biex jibża għal saħħtu iżda hu qal, "Il-pajjiż qed isejjaħli u ma rridx nistrieħ"

 

 

 

More in Politika