Is-Segretarja Parlamentari għall-Anzjani u Anzjanità Attiva Justyne Caruana dalgħodu nediet servizz ġdid li se jfisser illi anzjani se jkollhom aċċess għall-konsulenti mediċi f'darhom stess. Il-progamm huwa intenzjonat li jgħin lil dawk l-anzjani li ma jkunux jistgħu, minħabba problemi ta' mobbilità u saħħa, jmorru l-Isptar Mater Dei.
Din l-iskema se tkun immexxija minn Commcare. Servizz tal-Gvern li joffri kura fuq il-bażi ta' kommunità u li tinkorpora 30,000 persuna. "jekk ma tkunx tista tiċċaqlaq jew timxi, ma jkollokx għalfejn tmur l-outpatients jew fis-settur privat," qalet Caruana lil numru kbir ta' anzjani f'ċentru għall-Anzjanità Attiva f'Raħal Ġdid.
Is-servizz ta' servizz mediku d-dar se jkun imniedi madwar il-pajjiż kollu.