Filmat | 32 magna ġdida fir-Renal Unit sas-sajf li ġej

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne żvela mal-ILLUM li sas-sajf li ġej, fir-Renal Unitl tal-Isptar Mater Dei, se jkun se jitpoġġew 32 magni tad-dialysis ġodda

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne żvela mal-ILLUM li sas-sajf li ġej, l-Isptar Mater Dei, partikolarment ir-Renal Unit se jkun qed jibbenefika minn 32 magni tad-dialysis ġodda.

Dawn il-magni se jkunu qed jagħmlu użu minnhom diversi pazjenti li jkollhom problemi fil-kliewi.

 

Dan fid-dawl tal-fatt li xi żmien ilu ġie rrappurtat fil-media, li d-Dialysis Machines tal-Isptar, kienu qodma u li t-tender għall-magni l-ġodda kien weħel il-Qorti u għaldaqstant, il-proċess biex jinbidlu l-magni kien wieqaf.

Fearne qal li issa l-proċess fil-Qorti nqata’ favur id-Dipartiment tas-Saħħa u għaldaqstant beda l-proċess li fih intagħżel it-tenderer li se jissupplixxi l-Isptar Mater Dei b’32 ‘Dialysis Machine’ ġdida għar-Renal Unit. Dawn il-magni l-ġodda mistennija jkunu disponibbli għall-użu tal-pazjenti mis-sajf li ġej.

Il-Ministru Fearne spjega li l-magni kollha li hemm bħalissa fir-Renal Unit se jinbidlu u l-aktar ftit reċenti li nxtraw daqs sena ilu, se jittieħdu fl-ITU u taqsimiet oħra tal-isptar fejn ikun hemm bżonn ta’ dialysis.

More in Politika