Aġġornat | 'Simon Busuttil iżolat fil-PN stess...'

- Il-Partit Laburista jsostni li Busuttil jinsab iżolat fil-Partit tiegħu stess, hekk kif kien hu li ħoloq is-sitwazzjoni preżenti tal-partit
- Intant, il-Partit Nazzjonalista wieġeb li kull ma qed jgħid il-PL huwa biss biex inessi l-bejgħ ta' art pubblika bir-ribass

"Il-kap tal-Oppożizzjoni jinsab iżolat, anke fil-Partit tiegħu stess," qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Labusrista, "wara li Chris Said ħasel idu mill-każ, Mario DeMarco gidbu u Alex Perici Calascione, il-persuna legalment responsabbli mill-PN bħala teżorier qal li ma kienx jaf."

Caruana qalet li kien Busuttil stess, li waħdu ħoloq is-sitwazzjoni ta' taħwid li bħalissa jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, meta talab lil kumpanija privata biex tħallas il-paġi ta żewġ uffiċjali għolja tal-Partit.

Is-Segretarju Parlamentari akkużat lill-PN b'diżonestà, hekk kif żieded tgħid li filwaqt li nhar il-ġimgħa fuq il-programm Xarabank, Marthese Portelli qalet li l-Partit se jippublika l-irċevuti tas-servizzi mogħtija lill-grupp db, Clyde Puli qal li dan mhux il-każ.

"Bil-mod kif qed jisvolġu l-affarijiet, in0nies għandhom id-dritt jistaqsu x'qed jiġri," qalet Caruana hekk kif qalet li huma talbu aktar minn darba biex l-oppożizzjoni tippublika l-irċevuti.

Għal darb'oħra, Caruana talbet lill-kap tal-Oppożizzjoni jammetti jekk il-PN kellu jew ma kellux arranġamenti simili ma' terzi persuni.

Il-Ministru Chris Fearne, ukoll preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet, qal dan il-każ issa jqajjem kwistjonijiet kemm ta' kredibbiltà kif ukoll ta' legalità.

Il-Ministru tas-Saħħa saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu zero credibility wara li għamel 4 snin  jitkellem fuq governanza tajba, kontabilità u trasparenza u qed jagħmel l-oppost totali. Il-kredibilità tiegħu tinsab rock bottom, qal Dr Fearne. Chris Fearne spjega kif Simon Busuttil prova jagħti l-impressjoni li din l-iskema li permezz tagħha jħallsulu l-pagi kienet xi ħaġa normali meta zgur li mhux, imbagħad li this is not his mess meta fil-verità this is his mess. B’mod sussegwenti l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li huwa tkellem f’mument ta’ rabja, iżda dan ma jiskużahx milli qal, saħaq il-Ministru tas-Saħħa filwaqt li fakkar kif permezz ta’ din l-iskema li ħoloq, Simon Busuttil qiegħed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u għandu jiġi nvestigat mill-Kummissjoni Elettorali.

 

Intant, bi tweġiba għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista wieġeb li kull ma qed jgħid il-PL huwa biss biex inessi l-bejgħ ta' art pubblika bir-ribass

Fl-istqarrija maħruġa mill-PN, intqa li f’sebat ijiem, il-Partit Laburista għamel seba’ konferenzi tal-aħbarijiet jgħid l-istess ħaġa biex jipprova jnessi lil kulħadd li biegħ medda art pubblika tal-ITS, fil-golden mile ta’ Malta, bir-ribass. 

Il-PN sostna li l-Art smata mill-Gvern stess aktar minn €200 miljun inbiegħet bir-ribass għall-prezz ta’ €15-il miljun biss, li minnhom se jitħallsu €5 miljuni biss minnufih. 

"Dwar dan il-bejgħ bir-ribass, diġà tkellmu il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, il-UHM-Voice of the Workers, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, Din l-Art Ħelwa, periti, opinjonisti, żviluppaturi u bosta persuni oħra."

Il-Partit Nazzjonalista talab lill-Awditur Ġenerali jinvestiga dan il-ftehim bir-ribass u ma ħalla l-ebda donazzjoni tagħlaqlu ħalqu.

More in Politika