'Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket...'

Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi sostnew li quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket

F’konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi ntqal li quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket.

Il-Ministru Bonnici qal li l-Kummissjoni Elettorali qed tinvestiga ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti fejn donazzjonijiet mitluba minn Simon Busuttil stess ġew moħbija fil-kumpanija tal-media tal-PN permezz ta’ invoices foloz. Bonnici stqarr li minn mindu faqqa’ dan l-iskandlu li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil, ingħataw verżjonijiet differenti fosthom li l-istess Busuttil wasal biex qal li donazzjoni lill-kumpaniji tal-Partiti ma kinitx donazzjoni dan minkejja li Artiklu 2 tal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti jgħid li “donazzjoni tfisser kull benefiċċju riċevut fir-rigward tal-attivitajiet jew il-funzjonijiet ta’ partit politiku, minn membru ta’ partit politiku, minn kandidat jew minn xi organizazzjoni, kemm jekk korporata jew le li fiha l-partit politiku, direttament jew indirettament jeżerċita amministrazzjoni effettiva u kontroll ..”

Bonnici saħaq li Simon Busuttil tant għandu dahru mal-ħajt li prova jiggranfa  ma’ xi ħaġa li hija vera dgħajjfa, fejn qed jipprova jqabbel lill-Partiti like with like. Dan huwa attentat fjakk ta’ xi ħadd li jinsab iddisprat politikament tenna l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali filwaqt li stqarr li dak li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa eżerċizzju ta’ damage limitation għax l-investigazzjoni tal-Kummissjoni tibda u tispiċċa miegħu.

Min-naħa tiegħu Stefan Zrinzo Azzopardi fakkar li Simon Busuttil diġa’ għamel żewġ attentati kontra l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti; l-ewwel permezz tal-iskema ta’ dejn sigriet imsejjħa ċedoli u t-tieni permezz ta’ skema ta’ invoices foloz biex jitħallsu l-pagi tal-ogħla żewġ uffiċjali tal-Partit tiegħu.

Zrinzo Azzopardi saħaq li lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni waqt li kien fil-konfort tal-istazzjon tiegħu falla opportunità tad-deheb milli jippubblika l-invoices foloz u llegali li għandu filwaqt li semma kif żewġ deputati tiegħu qalu l-oppost ta’ xulxin, fejn minkejja li Marthese Portelli qalet li l-invoices se jkunu ppubblikati, Clyde Puli qal li le. Dan kollu jkompli juri kemm Simon Busuttil huwa falz temm jgħid Stefan Zrinzo Azzopardi.

More in Politika