Joseph Muscat iħeġġeġ biex aktar nisa jidħlu fil-politika

"Hemm bżonn diskussjoni usa fuq il-kwoti biex aktar nisa jkunu mħeġġa jidħlu fil-politika..."

Joseph Muscat jindirizza l-laqgħa Ġenerali Annwali ta’ NL-Nisa Laburisti
Joseph Muscat jindirizza l-laqgħa Ġenerali Annwali ta’ NL-Nisa Laburisti

"Hemm bżonn li jkun hemm diskussjoni usa fuq il-kwoti biex aktar nisa jkunu mħeġġa jidħlu fil-politika. Minkejja li l-kwoti jkunu biss mezz temporanju ta’ kif aktar nisa jkunu eletti fil-Parlament, din il-mizura se twassal biex maż-żmien lanqas ikun hemm bżonn aktar li tkun fis-seħħ l-istess bħal ma ġara fil-Partit Laburista."

Dan stqarru l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jindirizza l-laqgħa Ġenerali Annwali ta’ NL-Nisa Laburisti.

Il-Prim Ministru semma l-importanza lin-nisa jingħataw l-Indipendenza ekonomika u dan billi jingħataw l-opportunitajiet biex jaħdmu u jinħoloq ambjent aħjar biex jgħinhom joħorġu fid-dinja tax-xogħol. "Dan huwa dak li dan il-Gvern indirizza u qiegħed jindirizza," stqarr il-Mexxej Laburista.

Muscat tenna li minkejja li l-aktar ħaġa li tgħodd għal ħafna nies hija l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja, il-kwistjoni tar-rappreżentanza xorta waħda hija importanti.

Joseph Muscat appella wkoll għal aktar ideat u alternattivi ta’ kif aktar nisa jistgħu jkunu xprunati fil-politika.

More in Politika