Awdjo | L-Arċisqof qed jinkwieta li mhux qed inġibu biżżejjed tfal fid-dinja

....jgħid li hu m'għandux awtorità jitlob lill-Imam biex Insara jew nisa f'ċerti pajjiżi Musulmani jkollhom aktar drittijiet, anke jekk hu hekk jemmen li għandu jkun...

L-Arċisqof J Scicluna
L-Arċisqof J Scicluna

"L-Iżlam huwa fenomenu li ma nistgħux nħassruh b'gomma, imma li jisfidana, nħoss jien li jisfidana fuq żewġ punti: L-ewwel, qed nieħdu bis-serjetà r-reliġjon tagħna? It-tieni, qed nieħdu ħsieb inġibu tfal fid-dinja?" Hekk staqsa l-Arċisqof Charles J Scicluna lil dawk li kienu qed isegwuh il-ġimgħa l-oħra fil-JuniorCollege f'recording illi ttella' fuq il-paġna tal-Facebook bl-isem 'The Maltese Conservative'.

Lil dawk li kienu qed isegwuh, Scicluna qallhom illi dawn huma 'sfidi' li qed jiffaċċjaw l-Insara għalkemm ħeġġeġ biex ħadd ma jibża'. "M'għandniex nibżgħu mill-preżenza tal-Iżlam, jekk nieħdu r-reliġjon  tagħna bis-serjetà, għax iktar kemm nieħdu r-reliġjon tagħna bis-serjetà iktar nstgħu niddjalogaw ma' ħaddieħor."

Kliem l-isqof huwa riflessjoni eżatta wkoll tas-sentiment illi esprima din il-ġimgħa stess fir-rigward tat-tagħlim tal-Iżlam fl-iskejjel tal-Knisja u l-possibilità li l-istudenti jkunu aktar miftuħin u esposti għal esperjenzi reliġjużi differenti.

Dwar l-Iżlam l-Arċisqof ammetta illi huwa jħoss li m'hemmx "sens kritiku dwar ċerti liġijiet," u żied jgħid li hu m'għandu ebda awtorità jgħid lill-Imam biex jagħti aktar drittijiet, per eżempju lill-Insara fis-sawdja Arabja jew lin-nisa. Fl-istess ħin sostna wkoll illi, "jien ma nistax nitlob reċiproċità għall-Insara f'pajjiż Iżlamiku jekk fil-pajjiż tiegħi, li għandu kultura Nisranija anke jekk mhux mija fil-mija, ma nagħtix drittijiet ta' ħelsien ta' reliġjon lil ħaddieħor għax inkella nkun kontradittorju." 

 

L-Arċisqof Charles J Scicluna

More in Politika