"Kuntrarjament għal Joseph Muscat li jinsab ostaġġ tad-deals korrotti li għamel lejliet l-elezzjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dejjem kien ċar, jiġifieri li bejn dak li hu sewwa u dak li hu faċli, jagħżel dejjem dak li hu sewwa."
L-aktar ħaġa faċli għal Simon Busuttil kienet li minħabba donazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalista kien irċieva mingħand min ingħata l-art tal-ITS bir-ribass, ma jgħid xejn u jħalli kollox għaddej. Iżda min jagħmel hekk ikun politiku korrott.
Simon Busuttil hu l-oppost ta’ dan u tkellem u aġixxa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi li qed jiġi misruq għaliex ta art li tiswa’ aktar minn €200 miljun se jkunu qed jitħallsu biss €15-il miljun.
Simon Busuttil ma jinxtarax u dan il-każ ikkonferma s-serjetà u l-integrità ta’ Simon Busuttil. Ebda donazzjoni jew relazzjoni kummerċjali ta’ sponsorship ta’ programmazzjoni ma waqqfitu milli jitkellem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.