Bħalissa fil-Bozar fi Brussell hemm wirja għaddejja bl-isem ta’ Malta: Land of sea imtella minn xogħol ferm professjonali tal-Malta Heritage. Fiha hemm l-istorja ta’ pajjiżna mnaqqxa fil-ġebel, sejbiet ta’ oġġetti antiki minn żminijiet diversi, pitturi u anke oġġetti sagri. Hemm pitturi ta’ mattia Preti u anke tal-Caravaggio.
Marru jżuru din il-wirja illum, is-segretarju Parlamentari għall-EU, Dr Ian Borg u l-Arċisqof Joseph Scicluna li t-tnejn li huma wrew interess kbir f’dak li bdiet tgħidilhom il-gwida Belġjana fuq art twelidhom stess megħjuna mhux ftit mill-ambaxxatur Malti għal Belġju Ray Azzopardi li hu wieħed intiż ħafna fil-kultura.
L-arċisqof Scicluna wara li temm iż-żjara qalilna li din il-wirja mpressjonatu għal fatt li fiha wieħed iħoss il-kultura ferm rikka Maltija li tibda minn 3,000 sena QK sal-ġurnata tal-lum. Ian Borg min-naħa l-oħra wera l-impressjoni tiegħu billi beda jiġbed ritratti ta’ kważi kull ħaġa li hemm esebita.