'Tneħħux lill-Kristu mill-Cadbury u mill-Għid'

Il-Knisja fir-Renju Unit fi kwistjoni ma' Cadbury dwar l-Għid ... 

It-tfal jiġbru l-bajf tal-Għid...l-attività f'nofs kontroversja
It-tfal jiġbru l-bajf tal-Għid...l-attività f'nofs kontroversja

Kien imiss l-Għid issa li jispiċċa f'nofs kontroversja minħabba akkużi li hemm sforz biex jitneħħa l-valur reliġjuż tiegħu, meta fil-fatt huwa festa essenzjalment reliġjuża.II-kwistjoni, din id-darba, tqajmet mill-Knisja tar-Renju Unit (Church of England) li kkritikat lin-National Trust u lill-kumpanija Cadbury u akkużathom illi qed jipprovaw jeliminaw il-fidi minn attività għat-tfal, illi fiha jmorru jfittxu bajd tal-Għid. 

L-avveniment annwali qabel kien jissejjaħ 'Easter Egg Trail', imma issa inbidillu ismu u qed jissejjaħ 'Cadbury Egg Hunt' u jirreferi biss għall-oriġini tal-festa kristjana meta jissemma l-'Easter bunny' u 'Easter holidays'. Madwar 350,000 huma mistennija li jipparteċipaw. 

Kelliem għall-Knisja qal lill-gazzetta The Telegraph illi l-kampanja turi l-"bluha f'li tipprova titneħħa l-fidi mill-Għid." L-Arċisqof ta' York John Sentamu kritika din il-bidla u fakkar illi l-oriġini tal-Cadburys hija marbuta mal-fidi Kristjana. "Jekk in-nies imorru f''Birmingħam, fejn hemm Cadbury World isibu li l-fidi Kristjana tal-Cadbury's influwenzat ir-riżultati industrijali....bena djar għall-ħaddiema, bena knisja, għen lill-iskejjel...kienet ovvja għaih li Ġesu u l-ġustizzja kienu żewġt'uċuh tal-istess munita."

Il-kumpanija iżda, irribattiet il-kummenti u ċaħdet bil-qawwa li qed tipprova b'xi mod telimina l-aspett tal-fidi. Fakkret ukoll illi fl-attivitajiet li torganizza dejjem jinkludu affarijiet relatati mal-Għid. Anke in-National Trust irribattew lill-Knisja u qalu li dak li qed tgħis ma jagħmilx sens u li, fil-fatt jipu organnizzati ħafna attivitajiet għall-familja fir-Renju Unit li jfakkru din il-festa. 

 

 

 

More in Politika