Bil-qlub u l-larinġ u l-messaġġi dwar l-irġiel ... Marlene tiftaħ is-siparju tal-koalizzjoni

...tappella għal rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu u tgħid li fejn Busuttil "ma jafx, ngħallmuh"

Tbissmu please: L-ewwel ritratt tal-koalizzjoni
Tbissmu please: L-ewwel ritratt tal-koalizzjoni

Minkejja stqarrija lbieraħ tal-Partit Nazzjonalista qalet illi d-diskussjonijiet bejn Marlene Farrugia u l-PN jinsabu fi stadju avvanzat, iktar kmieni llum f'post fuq Facebook, Farrugia, Kap tal-Partit Demokratiku, tellgħet messaġġ illi fih, apparti l-qlub u l-larinġ iddeskriviet lilha nnifisha bħala 'thug' (persuna ta' qattagħni) li tipproteġi u persuna matura biżżejjed biex tavvanza l-aġenda li jitneħħa Muscat mill-Gvern.

Intant Simon Busuttil, skont messaġġ xi ftit jew wisq kurjuż li tellgħet l-istess Farrugia (ara hawn taħt), huwa "raġel tajjeb biżżejjed biex jiddivertik, matur biżżejjed biex imexxi u b'saħħtu biżżejjed biex jipprovdi,"

Intant fl-istess kitba, qalet ukoll illi "flimkien se nassiguraw rebħa għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, rebħa li tibqa' tgħodd għal-leġiżlatura kollha u mhux li ma tibqax tgħodd ġimgħa wara l-elezzjoni." 

Farrugia sostniet, b'battuta għal min iħoss li Busuttil jista' jkun li m'għandux biżżejjed esperjenza illi, "fejn ma jafx, ngħallmuh ibżax.
L-importanti li jġib rispett lill-pajjiż u jgħaqqad lill-poplu, mhux billi jixtrih bi flusu stess, imma billi jidderiġih fit-triq it-tajba."

 

More in Politika