Hekk hu, mhumiex biss il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista li qed jippreparaw għall-elezzjoni ġenerali. Il-manuvrar, iċ-ċaqlieq u l-ħatriet għaddejjin postijiet oħrajn. Imma fejn?
Għada fuq il-gazzetta ILLUM nħarsu lejn ħatriet partikolari li jistgħu jkunu strateġiċi qabel l-elezzjoni li jmiss. Il-qarrejja tagħna se jkunu jistgħu jaqraw intervista mal-Kandidat tal-PL Robert Abela.
Se nagħtu ħarsa lejn l-omiċidji li seħħew minn Jannar sal-lum, dawk solvuti u dawk le Inħarsu lejn il-kunċett tal-home schooling u se niżvelaw isem ġdid fuq il-lista Laburista. U Jason Micallef iħoss li elezzjoni f'Marzu theddida għal Valletta 2018?
U b'Simon Busuttil bħala Kap, l-PN fejn sejjer?
Għada fuq il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM.